top of page

Kemm Hu Sabiħ

 

Kemm hu sabiħ li f’dell is-sħab imtaqqal

Biex tara d-dlam żagħżugħ, għajnejk tagħlaqhom

Kemmm hu sabiħ  li  torqod u tistenbaħ

U tibqa tara d-dlam għalkemm tiftagħhom

Ħsibt

 

Kemm hu sabiħ Ii tgħix u tgħajjex darba

F’ħin wieħed biss, ġo ħin li ma jafx b’temma

Kemm hu sabiħ li tgħix żagħżugħ għal dejjem

Għax huwa ż-żmien li jisraq kulma ksibt

 

Ħalliha x-xemx fi tlugħha bħall f’inżulha

Issibek tmelles riħ iċ-ċparijiet

ĦalIieħ il-qamar jilgħab ma l-isbula

Tal-qamħa li trid tmut biex trod ħajjiet

 

Kemm hu sabiħ li titla l-qċaċet kollha

U tinżel f’l-idlam wied f’qiegħan moħbija

Kemm hu sabiħ li minsi tkun mill-folla

U ismek isir wens għal qalbek biss

 

 

Kemm hu sabiħ jekk jisbaħ bla ma jidlam

Jew jidlam bla ma l-qalb bil-biza’ tħabbat

Kemm hu sabiħ jekk tibqa tiddi l-kewkba

Sa jsib il-port sajjied fuq mewġ isabbat

Ħsibt

 

Kemm hu sabiħ li tibqa tgħix sa l-aħħar

U l-aħħar jisfa l-bieb biex terġa tibda

Kemm hu sabiħ dal-kliem la darba nemmnu  

U nemmnu, naf, għax lilu f’għanja ktibt

 

 

 

Ray Mahoney / Paul Abela​​

 

 

bottom of page